Ġurnalist Katalan jitkellem b’mod ironiku fuq Neymar

Il-ġurnal mir-reġjun tal-Katalonja L’Esportiu tkellem b’mod ironiku fuq il-wirja tal-attakkant ta’ Paris St Germain Neymar meta sostna li jekk il-plejer Brażiljan irid jiskorja jrid iċempel lil Lionel Messi ta’ Barcelona u jgħidu kif.
Dan l-artiklu ġie pubblikat minn ġurnalist Katalan illi jidher li baqa’ jżomm ġo qalbu l-mument meta Neymar telaq minn mal-Blaugrana u nxtara mingħand PSG għas-somma ta’ €222 miljun.
L-istess artiklu kompla jgħid illi minkejja li pprova jkun l-istilla tas-serata, Neymar ma rnexxielux jagħti kontribut neċessarju lill-Pariġini u probabbilment ser ikollu jara l-kumplament tal-UEFA Champions League minn fuq it-televixin.