Ġurnalist Amerikan iżur l-istudenti tal-ġurnaliżmu fl-MCAST

MCAST

Il-ġurnalist Amerikan Richard Lui saħaq dwar l-importanza tal-valuri bażiċi li jfasslu ġurnalist tajjeb, fosthom fl-għażla tas-sorsi tal-ġurnalist.
Huwa qal dan waqt żjara fl-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta, bil-għan li jkellem lill-istudenti tal-midja u tal-ġurnalizmu dwar l-impatt tal-istejjer tagħhom. 
Richard Lui għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu u iddiskuta mal-istudenti li qed jistudjaw il-Baċellerat fil-Ġurnaliżmu, dwar l-isfidi f’dan il-qasam, fosthom it-thedida ta’ ahbarijiet minn sorsi mhux kredibbli. 
Din iż-żjara saret bl-intervent tal-ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta.