Ġuri stupru: Jintbagħat 20 sena ħabs

Read in English.

Wieħed mill-irġiel akkużati bl-istupru ta’ mara fl-2016 illum intbagħat 20 sena ħabs. Dan wara li lbieraħ instab ħati filwaqt li ieħor ma nstabx ħati mill-ġurati.

F’Lulju tal-2016 Seydon Bandango minn Burkina Faso ħataf mara mill-bajja ta’ San Ġorġ u stupraha f’Pembroke. Ir-raġel l-ieħor min-Niġerja ma nstabx ħati ta’ stupru iżda kien involut fil-ħtif intbagħat ħames snin u xahar il-ħabs.

Aqra: Ġuri stupru: Wieħed ħati; l-ieħor mhux

Fis-16 ta’ Lulju l-Pulizija fl-għassa ta’ San Ġiljan irċeviet rapport permezz ta’ telefonata dwar ħtif ta’ tfajla. Intqal li bejn 4.45am u 5.30am, viċin l-istabbiliment li kien magħruf bħala l-Fuego, kien hemm tfajla li nħatfet minn żewġt irġiel ta’ karnaġġjon skur. Intqal li l-irġiel daħħlu lit-tfajla fil-karozza bil-forza u saqu biha.

Il-Pulizija sabu lil Bandaogo miexi viċin il-vettura. In-Niġerjan, Emmanuel Makouchukwu Ngumezi, nstab mimdud fuq il-vittma, bil-parti tiegħu esposta.

Fix-xhieda tagħha it-tfajla spjegat li hi u miexja, viżibilment xi ftit fis-sakra, l-irġiel imbuttawha fil-karozza. Qalet li hi bdiet tgħajjat, tagħti b’idha, b’ponnijiet u tibki. Qalet li wieħed mill-irġiel għattielha ħalqa u waqqaf x’imkien fl-imwarrab. Qalet li ntilfet minn sensiha għal xi ħin, iżda emta ġiet f’sensiha indunat li kienet qed tiġi stuprata fejn rat lil Makouchukwu Ngumezi.

Skont rapporti li ħarġu meta ġara l-każ, il-Pulizija marru fuq il-post wara li sar rapport. Hemm sabu tfajla, li dak iż-żmien kellha 21 sena, titlob għall-għajnuna b’raġel għarwien minn qaddu ‘l isfel f’karozza. Kien hemm ukoll raġel ieħor barra l-karozza li ħarab imma nqabad aktar tard.

Aktar tard, test tad-DNA li ġie ppreżentat fil-Qorti kien sab li ż-żewġ irġiel kienu stupraw lit-tfajla.

Il-ġurati sabu lil Emanuela Makouchukwo Ngumezi mhux ħati li kkommetta stupru vjolenti aggravat, li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq il-vittma, u li seraq persuna bi vjolenza. Intant sabuh ħati li għen f’reat aggravat, offenda l-pudur f’post pubbliku u li żamm persuna kontra l-volontà tagħha.

Intant sabu lil Seydou Bandaogo mhux ħati li kkaġuna offiżi ta’ natura ħafifa fuq il-vittma u li seraq persuna bil-vjolenza bil-ħsieb biex jabbuża minnha. Hu intant instab ħati li kkommetta stupru aggravat peress illi kien kommess minn żewġ persuni, li kkommetta attentat vjolenti għall-pudur fuq il-vittma, li offenda l-pudur f’post pubbliku u li żamm persuna kontra l-volontà tagħha.

Il-Qorti ordnat divjett fuq isem il-vittma u xhud pajżana. Il-vittma rringrazzjat l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, lill-Victim Support u lill-Pulizija.

Aqra: Ġuri stupru: Il-ġurati jiddeliberaw; illejla mistenni l-verdett

Għall-akkużati qed jidhru l-avukati tal-għajnuna legali Charmaine Cherrett u Simon Micallef Stafrace.

L-avukat Arthur Azzopardi qed jidher għall-vittma. L-Ispetturi Trevor Micallef u Elton Taliana mexxew l-investigazzjoni. Għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dehru Annemarie Cutajar u Nadia Attard li mexxew il-prosekuzzjoni. Il-ġuri kien quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti.