Read in English.
Il-verdett fil-konfront taż-żewġt irġiel akkużati li ħatfu u stupraw mara Taljana mistenni jiġi fi tmiemu llejla.
AQRA: Ġuri dwar stupru; jinstema’ fil-magħluq
Il-ġurati bħalissa jinsabu għaddejjin jiddeliberaw u mistennija jagħtu l-verdett tagħhom llejla.
Il-ġuri qed isir bil-bibien magħluqa. Il-ġurati semgħu x-xhieda fil-konfront ta’ Seydon Bandango mill-Burkina Faso u Emmanuel Ngumezi minn Niġerja.
Il-każ seħħ f’Lulju 2016. Hi kienet maħtufa mill-bajja ta’ San Ġorġ u sfat stuprata f’Pembroke.
AQRA: Aġġornata: Tnejn arrestati wara li ħatfu mara u stuprawha f’Pembroke
L-avukati Anne Marie Cutajar u Nadia Attard li qed jidhru f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed imexxu l-prosekuzzjoni.
Għall-akkużati qed jidhru l-avukati tal-għajnuna legali Charmaine Cherrett u Simon Micallef Stafrace.
L-avukat Arthur Azzopardi qed jidher għall-vittma.
L-Ispetturi Trevor Micallef u Elton Taliana mexxew l-investigazzjoni.
Il-ġuri għaddej quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti.