Ġurdien-ġgant isib ruħu f’dar fl-Iżvezja

Ġurdien-ġgant twil madwar 40 ċentimetru li b'xi mod sab ruħu f’dar fl-Iżvezja, rnexxielu jwerwer familja sħiħa li tgħix f’Solna fl-Iżvezja.
Il-missier tal-familja jirrakkonta kif anka l-qattus tagħhom kien qed jirrifjuta li jidħol fil-kċina meta dan il-ġurdien kbir kien jinsab fid-dar.  Jidher li dan il-ġurdien sab ruħu fil-kċina meta għadda minn katusa tal-ventilazzjoni.
L-ikbar qatgħa x’ħin rat il-ġurdien quddiema ħaditha l-omm, iżda tgħid li uliedha s-subien ta’ 13 u 6 snin għamlu minn kollox sabiex jaqbdu din il-kreatura. Is-subien għamlu nassa li feriet lill-ġurdien.
Dan l-inċident ġara xi tliet ġimgħat ilu u għall-ewwel il-familja kienet se tieħu biss żewġ ritratti ta’ tifkira mal-ġurdien, u l-istorja tintnesa’ hemm. 
Madankollu din l-istorja mal-ewwel ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna persuni li jidħlu fuq is-siti ta’ netwerks soċjali.