Gunners’ Callipers ġdid għall-Fondazzjoni Wirt Artna

Il-Fondazzjoni Wirt Artna għadha kif żiedet mal-kollezzjoni tagħha ta’ oġġetti antiki u storiċi, b'sett ta’ Gunner’s Callipers Ingliż li jmur lura għall-bidu tas-Seklu Tmintax.

Dan il-kaliper hu magħmul mir-ramm u jikkonsisti f’żewġ saqajn ċatti bit-truf tagħhom imsaħħa bl-azzar.

Kalipers ta' din ix-xorta kienu jintużaw mill-artilliera tul is-sekli biex ikejlu l-bokka tal-kanuni u d-daqs tal-balal tal-istess kanuni.

Permezz ta’ marki migrufa fuq l-uċuh tal-kalipers dan kien isir b’mod awtomatiku hekk kif il-ponot kienu jmissu l-partijiet tal-kanun jew balla li wieħed kien ikun irid ikejjel.

Dawn il-kalipers kienu jintużaw f'Malta tul il-ħakma Ingliża.

Issa ser jitpoġġa għall-wiri fil-mużew tas-Saluting Battery li bħalissa jinsab għaddej xogħol fuqu.