Ġunju qliena b’temperaturi li jaqbżu s-36°C

Ġunju intemm b’mewġa ta’ temperaturi għoljin li jaqbżu s-36°C.
Dettalji mill-Uffiċċju Meteoroloġiku juru li t-temperaturi medji tal-arja u tal-baħar kienu aktar minn 1°C ogħla min-norma klimatika.
L-aktar ġranet imdawlin f’Ġunju jgawdu minn 13-il siegħa xemx.
Is-sitt ġurnata tax-xahar kienet l-aktar waħda mudlama, li matulha x-xemx ħarġet għal ftit aktar minn sagħtejn.
Dakinhar, maltempata bis-sajjetti pproduċiet 4.8mm mit-total ta’ 7.2mm ta’ xita mkejlin f’Ġunju.
Dan it-total qabeż in-norma klimatika b’4mm, iżda ma kienx biżżejjed biex jikser ir-rekord li ġie stabbilit f’Ġunju t’għaxar snin ilu, meta niżlu xejn anqas minn 76.2mm ta’ xita.
Il-veloċità medja tar-riħ għal Ġunju kienet ta’ 6.6 knots, bil-buffura massima ġiet osservata fit-18 ta’ Ġunju b’veloċità ta’ 30 knot.