Ġunju 2013: Il-produzzjoni industrijali tiżdied b’1.3%

F’Ġunju li għadda l-produzzjoni industrijali żdiedet b’1.3% fuq ix-xahar ta’ qabel.

Skont statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika jidher li meta kkumparat ma’ Ġunju tas-sena l-oħra, l-indiċi tal-produzzjoni industrijali żdied bi 3%.

Il-produzzjoni ta’ prodotti li għad irid isir xogħol fuqhom qabel jinbiegħu żdied b’1.4% filwaqt li l-prodotti għall-konsumatur żdiedu b’1.6%.

Meta mqabbel ma’ Ġunju 2012, f’temp ta’ sena, il-produzzjoni tal-enerġija naqset b’6.8%.