Ġulepp tal-Ħarrub

Riċetta ta’ Lea Hogg

  • Kilo ħarrub
  • Litru ilma
  • 2kg zokkor
  • Mgħarfa msiemer tal-qronfol
  • Mgħarfa vanilla
  • Mgħarfa kannella

1. Aħsel il-ħarrub sewwa bl-ilma. Inkaljah ġo forn b’nar moderat għal tliet kwarti. Ħallih jibred, imbagħad kissru u għarrqu fl-ilma għal lejl.
2. L-għada, għalli t-taħlita bil-mod fuq nar moderat, għal madwar siegħa. Wara saffi l-ħarrub mill-ilma u ħallat mieghu l-kumplament tal-ingredjenti.
3. Sajjar fuq nar baxx sakemm jibda jagħqad. Poġġi l-ġulepp f’vażetti sterilizzati.

Din ir-r-riċetta twasslet waqt il-programm Insellimlek ma’ Sonia Young fuq RTK