Ġulepp tal-Ħarrub (mingħajr zokkor)

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Ingredjent: 

  • Nofs kilo ħarrub
  • 4 litri ilma

Metodu:
1. Poġġi l-ħarrub ġo borma kbira flimkien mal-ilma u ħallih jixarrab għall 24 siegħa.
2. L-għada qed il-borma bil-ħarrub u l-ilma fuq in-nar moderat sakemm tiftaħ tagħli u sajjar għall 5 minuti bl-għatu fuqa.Wara ħalliha tiksaħ.
3. Sajjar l-imżiewed maqsuma fl-istess ilma sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.
4. Ħalli t-taħlita tiksaħ u bil-ponta tas-sikkina neħħi l-qalba ta‘ kull nofs tal-mżiewed u żidhu mal-likwidu.
5. Erġa qiegħed fuq in-nar it-taħlita tal-mżiewed u l-qalba sakemm tiftaħ tagħli f‘borma mgħottija
6. Erġa rrepeti dan il-proċess għall ħamest ijem oħra. L-imżiewed ħallihom fl-istess ilma.
7. Fl-aħħar ġurnata meta t-taħlita tkun għada fietla saffiha minn ġo passatur fin u armi il-qxur. Wara għaddieħ minn ġo passatur fin biex tneħħi l-frakk li jkun fadal.
8. Itfa dak il-likwidu ġol borma u saħħan fuq in-nar mingħajr għatu.Sajjar fuq nar moderat bl-għatu mikxuf sakemm it-taħlita tiġi qisha xirobb.
9. Poġġi ftit fuq plattina biex tara jekk tiġix maqgħuda meta tiksaħ jew meta tpoġġi mgħarfa  ġo taħlita din tiksi n-naħa ta‘ wara tal-imgħarfa.
10. Malli tilħaq dan il-punt itfi u neħħi minn fuq in-nar. Meta tkun għada sħuna ferra l-ġulepp ġo vażetti sterelizzati u xotti
11. Meta tiftaħ vażett dan poġġieħ fil-friġġ.
 

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK