Ġugarell personalizzat għat-tifel ta’ Ryan Tonna

Facebook: The Malta Police Force

Read in English.

It-tifel u l-familjari ta’ Ryan Tonna ngħataw il-Blue Line bear, ġugarell personalizzat b’tifkira għal memorja tal-pulzija li miet fl-Italja f’Diċembru li għadda.

Il-Blue line Bears hija organizazzjoni li tgħin tfal ta’ uffiċjali tal-pulizija li jkunu mietu, biex jgħinhom joħorġu mit-trawma.

L-Istorja ta’ Ryan Tonna
Pulizija Malti jmut fl-Italja

Il-kollegi ta’ Tonna kkuntattjaw lil din l-organizazzjoni Amerikana u saru l-arrangjamenti meħtieġa bies il-ġugarelli jitwassal Malta u ngħata lill-familjari mill-Kummissarju tal-Pulizja stess Angelo Gafà.

PC773 kien Pisa biex jipparteċipa f’maratona fejn miet wara li faga fl-ikel.