Guerrero meħlus minn sospensjoni ta’ 14-il xahar

Qorti suprema fl-Isvizzera iddeċidiet li l-attakkant Peruvjan Paolo Guerrero għandu jitħalla jieħu sehem fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li jmiss minkejja li test tad-doping wera li hu kien pożittiv għall-kokaina.
Is-sospensjoni ta’ 14-il xahar ma tneħħitx kompletament iżda ġiet sospiża sakemm tintemm il-kompetizzjoni fir-Russja. L-imħallef għaraf ukoll li l-eks plejer ta’ Bayern Munich għandu 34 sena u li din hija aktarx l-ewwel u l-aħħar opportunità fil-karriera tiegħu sabiex jipparteċipa f’din il-kompetizzjoni unika.
Guerrero ħa jkun qed imexxi lill-Peru, li jinsabu fil-grupp flimkien ma’ Franza, Danimarka u Awstralja, wara li dan in-nazzjon ilu 36 sena ma jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja.