Guenter Schabowski jmut fl-età ta’ 86 sena

Tħabbret il-mewt tal-Uffiċjal Ġermaniż Guenter Schabowski fl-età ta’ 86 sena.
Fl-1989 kien kelliem għar-reġim tal-Ġermanja tal-Lvant meta l-Gvernijiet Komunisti fl-Ewropa tal-Lvant iffaċċjaw protesti kbar.
Huwa kien qal li r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar se jitneħħew immedjatament sabiex il-Ġermanżi tal-Lvant ikunu jistgħu jaqsmu lejn il-Punent.
Il-miżuri kienu intiżi sabiex iwaqqfu l-protesti tal-massa u l-eżodu ta’ nies biex jaqsmu fl-Ungerija, li kienet fetħet il-fruntieri tal-Punent tagħha.
Fl-1997 kien arrestat għal tliet snin minħabba l-irwol tiegħu fil-politika ta’ sparar fuq in-nies li provaw jaqsmu għan-naħa tal-Punent tal-Ġermanja.
Wara sena huwa kien ingħata l-maħfra.