Gudja United jippreżentaw it-tim għall-istaġun li ġej

Gudja United

Gudja United ippreżentaw b’mod uffiċjali t-tim għall-istaġun 2019-2020. Il-President tal-Klabb Duncan Borg Myatt fetaħ il-konferenza billi fakkar li fl-istaġun li għadda t-tim ġie promoss għall-Premier League Malti għall-ewwel darba.

Għal l-istaġun li ġej ġie kkonfermat li Josef Mansueto se jkun il-coach ta’ Gudja u jassisstih se jkun hemm Thane Micallef. B’kollox ġew ikkonfermati mill-ġdid sitt plejers li se jibqgħu mat-tim għall-istaġun li ġej.

Fl-aħħar ġimgħat ġew introdotti ukoll mat-tim xi plejers barranin. Fosthom hemm Anderson De Barros li kien jilgħab ma’ Balzan Youths u Tarxien Rainbow u Gabriel Mensah li fl-aħħar sena kien qed jilgħab ma’ Pieta Hotspurs.