“Ġudizzju fuq ħaddieħor, jien ma nagħtix” – Godfrey Farrugia

Il-Whip tal-Partit Laburista Godfrey Farrugia qal li hu ma jagħtix ġudizzju fuq ħaddieħor.
Wara li mal-ġurnal The Times ta x'jifhem li l-Ministru Konrad Mizzi għandu jirriżenja, ma’ Newsbook.com.mt id-Deputat qal li “Importanti tinnota li jien għidt, li li kieku kont jien, jien kont nagħti r-riżenja.”
Saħaq li “Ġudizzju fuq x’għandu jagħmel ħaddieħor jien ma nagħtix.”
Barra minn hekk żied jgħid li jinnota wkoll li hemm ħafna x’jittejjeb fil-Partit Nazzjonalista.