​Guardiola mistenni jġedded

Il-kowċ Spanjol ta’ Manchester City Pep Guardiola huwa lest illi jiffirma kuntratt ġdid ma’ Manchester City.
Skont The Daily Mail, Guardiola mistenni jġedded il-ftehim tiegħu sas-sena 2021 u jaqla’ madwar €19-il miljun kull staġun.
Guardiola kien kowċ ta’ suċċess minn mindu ngħaqad ma’ The Citizens fis-sena 2016 u jinsab ferm viċin illi jirbaħ il-kampjonat Ingliż.
Il-manager Katalan kiseb suċċess kull fejn mar u rebaħ diversi kampjonati anke ma’ Barcelona u Bayern Munich fil-passat.