Guardiola jrid lil Busquets

Il-kowċ ta’ Manchester City, Pep Guardiola, qed jitlob is-somma ta’ €200 miljun mingħand id-diriġenti tal-klabb sabiex ikun jista’ jiffirma lill-midfielder difensiv ta’ Barcelona Sergio Busquets.
Din l-aħbar ġiet żvelata mis-sit Spanjol DonBalon hekk kif Guardiola u Busquets għandhom relazzjoni tajba ħafna flimkien anke minħabba ż-żmien illi kienu flimkien mal-Katalani.
Il-kowċ Spanjol jixtieq lil dan il-plejer internazzjonali wara li The Citizens sofrew żewġ telfiet xejn mistennija f’temp ta’ ħamest ijiem kontra Liverpool fil-UEFA Champions League u Manchester United fil-kampjonat.