Guardiola għandu jitlaq lil City?

Emmanuel Petit stqarr li Pep Guardiola għandu juża s-sopenzjoni ta’ sentejn għal Manchester City miċ-Champions League bħala opportunità biex jieqaf minn mall-klabb. Guradiola ngħaqad ma’ City fl-2016 u rnexxielu jirbaħ żewġ Premier Leagues. Iżda s’issa falla milli jirbaħ iċ-Champions League.

Il-klabb ta’ Manchester ingħataw sospenzjoni ta’ sentejn mill-kompetizzjonijiet Ewropej mill-Uefa minħabba li kisru r-regoli tal-fair play fil-finanzi. Il-klabb appella l-każ, iżda jekk tinqata’ kontrihom, l-eks midfielder ta’ Arsenal Petit qal li dan għandu mnejn ikun iċ-ċans opportun għal Guardiola biex jitlaq lill-klabb.

Guardiola għamel diġà xi ħaġa simili meta kien telaq minn ma’ Barcelona fl-2012. Hu kien għamel sena barra qabel ma ngħaqad ma’ Bayern Munich.