Guardiola għal ma’ Juve jew le?

Pep Guardiola il-kowċ ta’ Manchester City kellu season ta’ suċċess mal-klabb tiegħu. Iżda skont rapporti, qed jgħidu li hemm iċ-ċans li Guardiola jingħaqad ma’ Juventus. Ir-rapporti komplew jiżdiedu hekk kif Juventus ħabbru li Max Allegri telaq mill-irwol tiegħu. Ma din l-aħbar, Gurdiola kien pront jgħid li mhux lest li jmur ma’ Juventus hekk kif fil-kuntratt għad għandu sentejn.

Ġranet biss wara l-istqarrija li għamel Guardiola, ħarġu rapporti li bdew jissuġġerixxu li Guardiola dawwar fehmtu b’mod drammatiku. Fosthom kien hemm Federico Gennarelli ta’ Radio Sportiva li qal li Guardiola ffirma kuntratt ta’ erba’ snin ma’ Juventus.

Iżda s’issa għadha ma ħarġet l-ebda konferma dwar dan u b’hekk jidher li dawn ir-rapporti huma foloz.