GSD Marketing tieħu sehem attiv fil-Fun Run tal-President

Membri tal-maniġment u impjegati tal-GSD Marketing Ltd  ħadu sehem fis-7 edizzjoni tal-President’s Solidarity Fun Run 2015 organizzata mill-Malta Community Chest Fund. Barra minn hekk, il-kumpanija, li tipproduċi l-ilma Kristal, qassmet flixken tal-ilma lil kull min ħa sehem fil-ġirja u l-mixja minn erba’ postijiet tat-tluq differenti – ir-Rabat, Santa Venera, l-Università ta’ Malta u l-pjazza ta’ Raħal Ġdid u kif ukoll fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.
B’kollox, madwar 63 impjegat mill-GSD Marketing ipparteċipaw kemm fil-ġirja mir-Rabat u l-mixja minn Santa Venera. Din hija s-sitt sena li l-GSD Marketing appoġġat il-President’s Solidarity Fun Run kemm permezz tat-tqassim tal-ilma Kristal kif ukoll bil-parteċipazzjoni attivita tal-impjegati.
“Bħala l-produtturi tal-ilma Kristal, il-GSD Marketing dejjem tkun fuq quddiemnett biex tħeġġeġ stil ta’ ħajja attiva għal ġisem u moħħ b’saħħithom,” qal is-Sales and Marketing Manager Martin Agius. “Attività bħall-President’s Fun Run tiġbor ukoll in-nies flimkien, issaħħaħ l-ispirtu ta’ tim fost l-impjegati ta’ kumpaniji differenti li jieħdu sehem u twassal solidarjetà lejn dawk li qegħdin f’sitwazzjonijiet diffiċli u li jeħtieġu l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund.”