Gruppi ta’ Lajċi Kattoliċi jopponu d-dħul tad-divorzju fil-Filippini

Diversi organiżazzjoni Filippini jipparteċipaw fil-Mixja għall-Ħajja fil-Quezon City Memorial Circle.

L-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Lajċi Kattolici qalet li l-Kungress tal-Filippini għandu jieħu azzjoni biex isaħħaħ il-familji u mhux idgħajjifhom.

Filwaqt li fil-pajjiż hemm moviment favur l-introduzzjoni tad-divorzju, il-Kunsill tal-Għaqdiet tal-Lajċi (Laiko) qed isostni li ż-żwieġ u l-familja huma “rigal” li għandu jkun protett u mhux mormi.

L-aġenzija tal-aġbarijiet CBCP News irrappurtat lil Rouquel Ponte, President ta’ Laiko li ddikjara li “Il-Kunsill tal-Lajċi tal-Filippini hu bil-qawwa kollha kontra l-introduzzjoni tal-Liġi tad-Divorzju bħala mod faċli jien jinħallu ż-żwiġijiet fil-pajjiż”.

“Nittamaw għalhekk li l-Filippini jibqa’ għal dejjem dawl ta’ tama għall-familji u s-soċjetà”, żied jgħid Ponte.

Il-Filippini hu l-uniku pajjiż fid-dinja, flimkien mal-Vatikan – li hu ż-żentru tal-Kattoliċiżmu – fejn id-divorzju hu ilegali.

Ponte qal li billi l-pajjiż ma jippermettix id-divorzju ma jfissirx li għandu xi ħaġa ħażina u jmissu jillegalizzah.  Minflok hu  ħeġġeġ lil dawk li qed jaħdmu għad-divorzju biex jitgħallmu mill-esperjenzi ta’ pajjiżi oħra fejn id-divorzju hu legali u jaraw kemm il-familji ddgħajfu.

“B’riżultat id-divorzju qed joħloq ħafna problemi lin-nisa jew irġiel li jispiċċaw mifrudin u lil uliedhom”, insista Rouquel Ponte li hu wkoll konsulent tal-Couples for Christ’s Pastoral Formation.

Il-Kumitat Parlamentari dwar il-Popolazzjoni u r-Relazzjonijiet Familjari, il-ġimgħa li għaddiet approva abbozz ta’ liġi biex l-abort ikun legalizzat fil-pajjiż u biex il-proċeduri għad-divorzju jitħaffu u jkunu aktar affordabbli.

Il-Kap tal-Laiko qal li huma konxji mill-qagħda ta’ dawk il-Filippini li qed ibatu minħabba l-falliment taż-żwieġ tagħhom u appella lill-organiżazzjonijiet favur il-familji Biex “ifittxu lil dawn il-koppji u jakkumpanjawhom u jgħinuhom”.

Ponte ssuġerixxa li dan jista’ jsir permezz tal-edukazzjoni, formazzjoni u akkumpanjament ta’ din il-ġenerazzjoni flimkien mal-valuri tal-impenn tul il-ħajja u mħabba dejjiema.

Min-naħa tiegħu, il-Kunsill tal-Lajċi tal-Filippini wiegħed l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-dawn l-organiżazzjonijiet biex flimkien jaħdmu biex id-divorzju ma jidħolx fil-pajjiż.