Gruppi mużikali jgħinu lil min ma jistax iħallas għall-kunċert

Lil hinn mill-kontroversja li sikwit huma assoċjati magħha l-Brikkuni u Mario Vella, il-kantawtur tagħhom, din id-darba tispikka l-ġenerożità tagħhom, wara li, flimkien ma’ 2 gruppi mużikali oħra, offrew li jgħinu lil min jixtieq jattendi l-kunċert tal-Ġimgħa, 7 ta’ Settembru, iżda ma jaffordjax.

Jekk hemm xi hadd li verament qieghed finanzjarment mkisser u jixtieq hafna jigi l-kuncert ghada nitolbu jibghatli pm…

Posted by Mario Vella on Thursday, September 6, 2018

Brikkuni, Brodu u Beangrowers se jingħaqdu flimkien għal kawża ġusta bil-kunċert li se jtellgħu, Rock for Richmond, li l-qligħ kollu tiegħu se jmur għar-Richmond Foundation, b’mod partikolari għal proġett ġdid tar-Richmond Foundation għat-tfal u ż-żgħażagħ għal saħħa mentali aħjar.

Il-kantawtur tal-Brikkuni, Mario Vella, esprima x-xewqa li l-kunċert isir attività annwali fejn gruppi mużikali varji jingħaqdu flimkien b’risq is-saħħa mentali.

https://www.facebook.com/events/1574044109372728/Bhal dejjem grazzi tal-appogg taghkom. Nittamaw li naraw izjed wcuh…

Posted by Mario Vella on Tuesday, September 4, 2018

Il-gruppi se jdoqqu kif ġej:

20:30: Brodu
21:45: Beangrowers
23:00: Brikkuni