Gruppi favur il-ħajja jiftħu kawża kontra l-Gvern Kanadiż

Organiżazzjonijiet Favur il-Ħajja u Gruppi ta’ Fidi qed jiġbru l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-politika tal-Gvern Federali li nieda politika li toffri għotjiet għal xogħol tas-sajf jekk min jimpjega ikun favur l-abort.
L-Assoċjazzjoni Dritt għall-Ħajja ta’ Toronto fetħet kawża kontra l-Gvern Federali fuq din il-policy li tħabbret ftit tal-jiem ilu. Din il-policy tgħid li kulmin japplika għall-Programm ta’ Xogħol tas-Sajf irid jiffirma stqarrija li jappoġġja abort “legali” u t-Teorija tal-Identita’ tal-Ġeneru.
Il-Programm Kandadiż tax-Xogħol għas-Sajf jipprovdi sussidju fuq il-pagi lil organizazzjonijiet eliġibbli u lil imprendituri żgħar biex jinkoraġġihom biex fis-sajf iħaddmu studenti universitarji jew minn istituzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja.
“Il-Kunxejnza tagħna ma tħalliniex niffirmaw din id-dikjarazzjoni”, qal Blaise Alleyne, President tal-Assoċjazzjoni Dritt għall-Ħajja ta’ Toronto. “Hu ksur tal-Liberta tal-Kuxjenza u tal-Liberta tal-Espressjoni li l-Gvern iġiegħlna niffirmaw jew jikkastigana billi jċaħħadna minn benefiċċji bħal dawn. Mhux illegali li ma taqbilx mal-Gvern fuq kwestjonijiet soċjali”.
L-għaqdiet Favur il-Ħajja qed jitolbu li d-dikjarazzjoni mitluba mill-Gvern hi anti kostituzzjoali għax tmur kontra d-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali.
Is-Sena li għaddiet din l-istess Assoċjazzjoni rebħet kawża lill-Gvern wara li flimkien ma’ żewġ għaqdiet oħra ma ngħatawx għotjiet għal Xogħol tas-Sajf minħabba l-pożizzjoni tagħhom Favur il-Ħajja. Il-Gvern kien tahom il-fondi li kien jixirqilhom iżda mbagħad bidel il-kriterji li fuqhom jingħataw dawn l-għotjiet.
L-għaqdiet Kattoliċi kollha fil-Kanada qed jappoġġjaw lill-organiżazzjonijiet li fetħu din il-kawża. “Hu importanti li meta t-tentattivi kollha jfallu, wieħed jirrikorri għand il-Qrati” qal kelliem għall-Koalizzjoni Favur il-Ħajja.
Il-Knisja qed tħeġġeġ lill-poplu Kanadiż biex jikteb lill-Ministru tax-Xogħol u lill-membri parlamentari tad-distrett tagħhom dwar din il-kwestjoni.