Gruppetta u Carannante jirrappreżentaw lil Malta fit-tazza tad-dinja tal-bowling

Philip Gruppetta u Tiziana Carannante rebħu l-kwalifikazzjonijiet għat-tazza tad-dinja Qubica AMF li saru dawn l-aħħar jiem f’Malta.

Gruppetta tela’ fuq quddiem mill-ewwel ġurnata bl-logħob konsistenti li nkluda wkoll logħba fejn għamel 261 pin. Gruppetta żamm sod tul il-kompetizzjoni u spiċa rebaħ b’meja b’saħħitha ta’ 207 pin.

Fil-kwalifiki tan-nisa, kien hemm kompetizzjoni tajba fejn Cynthia Frendo Duca, li tinsab f’forma tajba din is-sena, ħarġet b’saħħa kbira fl-ewwel sitt logħbiet biex spiċċat fuq quddiem. Carannante naqqset id-distakk fit-tieni ġurnata biex daħlet kważi ras imb’ ras ma’ Frendo Duca wara 12 il-logħba. Carannate lagħbet tajjeb u kienet konsistenti fl-aħħar sitt logħbiet biex qabżet lil Frendo Duca u b’hekk rebħet b’medja tajba ta 202 pin. Melissa Swift spiċċat fit-tielet post.

Carannante u Gruppetta issa se jmorru l-Indonesia f’Novembru biex jirrapreżentaw lil Malta fit-tazza tad-dinja.