Read in English.
Grupp ta’ 56 immigrant daħlu Malta f’Xatt it-Tiben b’ħidma tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM).
Kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li jidher li mara waħda biss kien hemm fosthom. Qalet li ma kien hemm ħadd li kellu bżonn għajnuna medika.
Newsbook.com.mt li kien fuq il-post ikkonferma li daħlu fis-2pm.
35 ruħ bejn sema u ilma
Alarm Phone irrappurtat dgħajsa fiż-żona tat-tfittxija u salvataġġ ta’ Malta li fiha daqs 35 persuna. Dawn il-persuni m’humix lebsin ġkieket tas-salvataġġ, u hemm tfal abbord. Qalet li l-awtoritajiet Maltin ġew infurmati.
Alarm Phone hi għaqda li tirrapporta dwar dgħajjes ta’ immigranti u oħrajn li jkunu fil-periklu li jitilfu ħajjithom fuq il-baħar.