Grupp ta’ żgħażagħ Sqallin pożittivi wara btala f’Malta

REUTERS/Piroschka van de Wouw/

Read in English.

Belt fi Sqallija qiegħda tirraporta numru ta’ każijiet pożittivi tal-coronavirus li skont dawk pożittivi dan kollu beda wara li ġew Malta għal vaganza.

Il-grupp huwa magħmul minn 13-il persuna minn Canicattini Bagni, belt fil-provinċja ta’ Sirakuża fix-Xlokk ta’ Sqallija. Huma waslu Malta fit-2 t’Awwissu u marru lura erbat ijiem wara. 11minn dawn il-persuna rriżultaw pożittiv għall-COVID-19.

Is-Sindku ta’ Canicattini Bagni, Marilena Miceli kkritikat lil Malta għal mod kif qed tirregola l-pandemija. Hija qalet li f’Paceville ftit li xejn ttieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex ma jkun hemm trasmissjoni tal-coronavirus.

Miceli żiedet li dawn il-persuni kienu fuq vaganza, iltaqgħu man-nies u marru f’diskoteki. Żiedet li wara li rat ir-ritratti fuq il-midja soċjali ftit temmen li kien hemm il-miżuri neċessarji sabiex ikun ikkontrollat il-virus.

Fir-rapport tagħha La Repubblica qalet li kien hemm numru ta’ persuni pożittivi għall-COVID-19 fl-Italja li kienu Malta fil-jiem li għaddew.