Filmat: Grupp ta’ żfin jieħu t-tieni Golden Buzzer waqt il-Malta’s Got Talent

Kienu se jmorru Los Angeles biex jiżfnu hemmhekk imma s-sitwazzjoni tal-Covid-19 ma setgħux imorru.

L-għan tagħhom huwa li jwasslu messaġġ li biż-żfin tista’ twassal messaġġ pożittiv.

“Il-ħajja mimlija tlajja w inżul u li kieku kulħadd juża l-arti tiegħu bil-pożittivita, nemmen li d-dinja tkun waħda aħjar,” ikkummentat waħda miż-żeffiena.

The Movement hu ffurmat minn 19-il żeffiena bl-età tvarja bejn il-11 u s-27 sena. Mal-ewwel movimenti dbew jimpressjonaw lill-erba’ membri tal-ġurija.

“Vera għoġobtuni,” qalilhom Howard li għafas il-Golden Buzzer u b’hekk dan il-grupp issa għadda dirett għall-fażi tal-live shows.

X’taħseb minn din il-wirja?

Ikkumenta hawn taħt jew ibagħtilna email fuq info@newsbook.com.mt