Grupp ta’ sewwieqa Maltin se jikkompeti f’Pergusa

Is-sewwieq veteran Mario Sgro se jżur Malta fil-jiem li ġejjin sabiex jiltaqa’ ma’ sewwieqa li se jivvjaġġaw lejn Pergusa għat-Track Day fit-30 ta’ Settembru. Hu mistenni jitħaddet ukoll ma’ dilettanti oħra tal-motorsport li forsi jipparteċipaw f’attivitajiet simili ġewwa Sqallija fil-ġejjieni.

Sgro huwa l-president tal-Autodromo di Pergusa, li huwa ċirkwit tal-karozzi u l-muturi li jdur ma l-unika lag naturali fi Sqallija, filwaqt li jokkupa wkoll il-kariga ta’ uffiċjal għoli fi ħdan il-Commissione Sportiva Automobilistica Italiana.

Matul iż-żjara tiegħu Sgro se jħabbar kif se jiffaċilita l-attendenza u l-parteċipazzjoni tas-sewwieqa u tal-membri tal-klabbs lokali Maltin f’dan iċ-ċirkwit. L-ewwel grupp ta’ sewwieqa Maltin se jkun f’Pergusa fit-30 ta’ Settembru.