Grupp ta’ referìs Maltin taw id-demm

Ftit tal-ġranet ilu, grupp ta’ referìs flimkien mad-Direttur tal-MFRA Adrian Casha, għamlu żjara saċ-Ċentru Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm fi Gwardamangia.
Huma ħadu l-okkażjoni biex għamlu d-donazzjoni tad-demm u ppreżentaw flokk uffiċjali tar-referìs.
Ġest sabiħ u eżemplari sabiex ngħinu lil dawk li jkollhom bżonn urġenti għad-demm.