Grupp ieħor ta’ immigrant li ġew Malta fuq il-bastiment Lifeline, illum jinsabu fi triqithom għal Lussemburgu.
Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt kollegament telefoniku mal-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista, One Radio.
Newsbook.com.mt ipprova jikkonferma l-għadd ta’ immigrant li se jintbagħtu Lussemburgu, madanakollu l-uffiċċju tal-Prim Ministru irrifjuta li jikkonferma u l-kelliema qalet li aktar informazzjoni dwar dawn l-immigranti se tingħata aktar ‘il quddiem.
I thank @Xavier_Bettel for having #Luxembourg participate in the ad hoc #Malta #Lifeline #migrationEU redistribution initiative -JM pic.twitter.com/4J3zdo3eJ6
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) July 15, 2018
Id-diskussjoni prinċipali kienet dik dwar Malta u l-każ riċenti tal-450 immigrant fuq bastiment tas-sajd li fl-aħħar jiem, il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini reġa’ sostna li għandu jidħol Malta.
Il-Kap tal-Partit Laburista sostna li minkejja li meta Salvini ħareġ id-dikjarazzjoni li l-bastiment kien jinsab f’żoni li jaqgħu taħt Malta, kien għadu f’ibħra internazzjonali. Sostna li l-unika ħaġa li setgħet tagħmel Malta kienet li timmonitorja d-dgħajsa.
Irrimarka kif meta l-Forzi Armati ta’ Malta raw li l-bastiment ma kienx f’periklu staqsew x’kienet l-intenzjoni tagħhom u kien hawn li mill-bastiment irċevew il-messaġġ li riedu jidħlu Lampedusa. Minn hemmhekk komplew isalpaw lejn l-ibħra territorjali Taljani.
Muscat spjega kif aktar tard tkellem mal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte fejn l-Italja rrealizzat li Malta kienet qed timxi mal-liġi u Conte aċċetta li dawn l-immigranti ma kienux se jiġu Malta. Madanakollu Muscat qabel li Malta għandha tagħti l-għajnuna, bħal kif għamlet l-Italja fil-każ tal-Lifeline.
European governments are negotiating once again the destination of 450 people stranded on a boat. Shared, predictable, effective disembarkation arrangements would save time, minimize suffering, and prevent politicians from competing on who takes the least responsibility. pic.twitter.com/hUrf0Z07h2
— Filippo Grandi (@RefugeesChief) July 15, 2018
“Se nżidu l-pensjonijiet”
Il-Prim Ministru sostna li minħabba l-investimenti li qed isiru mill-Gvern u s-surplus li qed jagħmel il-pajjiż, fiż-żmien li ġej se jkunu qed jiżdiedu l-pensjonijiet.
Muscat irrimarka li bl-investimenti u biż-żieda fix-xogħlijiet, il-Gvern se jibqa’ jissielet biex iqassam il-ġid lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.
Filmat: OPM