Grupp ta’ immigranti rilokati l-Ġermanja

immigranti rilokazzjoni
DOI: Jason Borg

Read in English.

Dalgħodu grupp ta’ immigranti ġie rilokat minn Malta lejn il-Ġermanja wara ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi. Dan l-eżerċizzju ġie kkordinat mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti minn inizjattiva maħsuba biex tnaqqas mill-piż tal-immigrazzjoni minn fuq Malta.

Stqarrija tal-Gvern tgħid li r-rilokazzjoni setgħet isseħħ wara li saru l-preparamenti neċessarji mill-Ministeru għall-Intern u l-Ambaxxata Ġermaniża f’Malta.

Aktar rilokazzjonijiet ta’ immigranti lejn stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea huma pjanati li jsiru fiż-żmien li ġej. Il-Gvern qal li kompla għaddej bil-ħidma tiegħu biex immigranti li ma jkunux denji ta’ protezzjoni f’Malta jintbagħtu lura lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom.