Grupp ta’ ħaddiema jingħaqdu biex jgħinu tifla fil-Kenja

Grupp ta’ żgħazaġħ li jiffurmaw it-tim tal-kumpanija The Concept Stadium ingħaqdu flimkien sabiex jiġbru biżżejjed fondi biex ikunu jistgħu jħallsu l-edukazzjoni ta’ tifla li tgħix f’Ruiru, il-Kenja.
Il-fondi nġabru bħala parti mill-iskema ta’ Sponsor My Future, NGO lokali li tgħin it-tfal fil-Kenja jiġu sponsorjati sabiex ikunu jistgħu jattendu l-iskola. 
Din hija t-tielet sena li dan il-grupp ta’ impjegati, flimkien mad-Diretturi tal-kumpanija, qegħdin iħallsu l-edukazzjoni u dak kollu li din it-tifla tiġi bżonn biex tkompli l-istudji tagħha. Li kieku ma jkunx għall-qalb ġeneruża tal-isponsors, kieku tkun kważi impossibbli li dawn it-tfal jattendu l-iskola. 
Id-Diretturi Jonathan Dalli u Jonathan Chetcuti esprimew kif it-tim ikun emozzjonat meta tasal xi ittra mingħand it-tifla fil-Kenja u qalu li huma kburin ħafna li din hija t-tielet sena li dawn qegħdin jgħinuha taqta' xewqitha. 
Laura Paris, il-President ta’ Sponsor My Future qalet li permezz ta’ kumpaniji bħal The Concept Stadium, dawn it-tfal qegħdin jingħataw l-opportunità li jedukaw ruħhom u jsostnu lill-familji tagħhom għal futur isbaħ milli kellhom s’issa.