Jiddaħlu 82 immigrant rregolari salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta

Grupp ta’ 82 immigrant rregolari iddaħlu f'Xatt it-Tiben tard dalgħodu wara li matul il-lejl kienu salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta.

L-immigranti li kienu fuq dinghy nstabu madwar 68 mil nawtiku fin-Nofsinhar ta’ Malta. Huma ġew lokalizzati mill-Forzi Armati ta’ Malta matul il-lejl li għadda u ntbagħat helikopter King Air fuq il-post fejn kienu. Intbagħtet ukoll Patrol Boat biex tgħin fi-ħidma ta’ salvataġġ li telgħu lill-immigranti abbord.

Il-grupp jinkludi 10 nisa, b'waħda minnhom qed tistenna tarbija u tarbija. Huma qalu li huma mis-Somalja. 

Matul il-lejl li għadda mal-260 immigrant irregolari ieħor waslu fil-gżira ta' Lampedusa.