Aġġornata: Grupp ta’ 24 immigrant se jidħol Malta

Miguela Xuereb

Grupp ta’ 24 immigrant intlemaħ qrib Malta u ntbgħatet patrol boat għalihom, skont kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta (AFM). Dawn se jkunu qed jidħlu Malta llejla.

Kelliema għall-AFM qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-immigranti ntlemħu f’dgħajsa għas-6 pm minn fuq l-art. Ħarġet patrol boat tal-AFM għalihom.

Aktar kmieni llum, l-għaqda li ssalva lin-nies mill-baħar Open Arms qalet li sabet dgħajsa tal-injam ġejja mil-Libja. Fuqha hemm 40 persuna, erba’ trabi, u tliet nisa tqal.

Dgħajsa b’40 persuna u 4 trabi sejra lejn Lampedusa – Open Arms