Filmat: Grupp ieħor ta’ immigranti jitilqu minn Malta; għall-Ġermanja – PM

Read in English.

ll-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar fuq Twitter li grupp ieħor ta’ immigranti llum telqu minn Malta lejn il-Ġermanja.

Muscat qal li dan il-pass seħħ skont il-wegħdiet li għamel il-Gvern Malti bħala parti mill-ftehim ad hoc bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri.

Intant, il-ġimgħa li għaddiet grupp ieħor ta’ immigranti li kienu ddaħħlu Malta wara li ġew salvati mill-bastiment Alan Kurdi telqu għal Franza.

Aqra: Filmat: Grupp ta’ immigranti tal-Alan Kurdi jitilqu għal Franza

Fl-aħħar jiem, Malta serviet bħala port ta’ sigurtà għal mijiet ta’ immigranti oħrajn li kollha se jiġu rilokati fiż-żmien li ġej. Malta laqgħet 356 immigrant li kienu ġew salvati mill-bastiment Ocean Viking ta’ SOS Mediteranee u Doctors Without Borders (MSF) is-Sibt li għadda.

Aqra: Aġġornata: Ritratti: it-tieni grupp t’immigranti jiddaħħlu Malta

Aqra: Filmat u ritratti: L-immigranti tal-Ocean Viking jaslu Malta

Imbagħad propju lbieraħ saru żewġ ħidmiet ta’ salvataġġ fejn ġew salvati 89 immigrant li ddaħħlu f’Xatt it-Tiben u aktar tard ġew salvati 73 immigrant ieħor. Jidher li l-immigranti t’hawn huma kollha rġiel ħlief għal mara waħda.