Ġrieħi serji għal raġel li waqa’ bil-mutur

Raġel ta’ 38 sena li joqgħod Bormla spiċċa bi ġrieħi serji wara inċident bil-mutur li kien qed isuq.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9pm fi Triq l-Iskal, Wied il-Għajn, xħin is-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’ mal-art.
Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.
Ritratt: Arkivji