“Ġrieħi kawża tal-manetti; anke arloġġ iħalli marka”

Arkivji

Uffiċjal tal-Pulizija qal fil-Qorti li l-ġrieħi fuq id Liam Debono, iż-żagħżugħ akkużat b’attentat ta’ qtil tal-kuntistabbli Simon Schembri, possibilment ġew mill-manetti, meta ġie arrestat.

Fil-Qorti, hekk kif issoktat il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Debono, il-Pulizija qal li xi kultant anke arloġġ iħallilek marka.  Huwa kien qed iwieġeb għall-allegazzjoni tal-avukat difensur li qal li l-pulizija weġġgħulu idu u saqajh.

Fix-xhieda tiegħu, il-pulizija qal ukoll li ma kien hemm l-ebda konverżazzjoni ma’ Liam Debono dritt wara l-inċident. Żied jgħid li minħabba l-ġrieħi ħfief ħaduh iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.

Instema’ wkoll kif il-karozza tiegħu ma ntmessitx ħlief biex tiġi rmunkata.