Ġrieħi gravi wara li żelaq u ġie fuq il-blat

Raġel Sirjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ żelaq u ġie fuq il-blat fil-Bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30pm fiż-żona magħrufa bħala Tal-Fajtata, xħin il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.
Sakemm waslet l-ambulanza, membri tas-Salib l-Aħmar assistew lis-Sirjan.
Aktar tard ittieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.