Ġrieħi gravi wara li vann mexa għal fuqu

Anzjan ta’ 68 sena residenti l-Ħamrun ġarrab ġrieħi gravi wara li vann wieqaf mexa għal fuqu wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6.30am, xħin karozza misjuqa minn anzjan ieħor ta’ 69 sena li joqgħod Ħal Qormi, baqa’ dieħel bil-vettura fuq vann ipparkjat fi Triq San Bastjan.
Minħabba l-impatt, il-vann mexa u laqat lill-anzjan li kien bilwieqfa quddiem il-vann.
Ir-raġel ittieħed Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.