Raġel ta’ 57 sena qed isofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u mutur.
Il-Pulizija ġew infurmati bil-każ għall-ħabta tas-2.15pm li seħħ fi Triq Ħal Luqa, Ħal Tarxien. Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Ħal Tarxien, u mutur misjuq minn raġel ta’ 57 minn Birżebuġġa.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei immedjatament, fejn wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.