Ġrieħi gravi għal żagħżugħ f’inċident tat-traffiku

Ġuvni ta’ 21 sena residenti San Ġwann ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30am fi Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar, xħin għal xi raġuni l-Pollakk tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel ġo dar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar għall-ewwel kura.