Ġrieden u briegħed fil-ħabs minħabba s-sistema tad-drenaġġ

Sorsi infurmati qalu lil Newsbook.com.mt li f’Diviżjoni 6 tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm il-ġrieden u l-briegħed.
Kelliem għall-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà nazzjonali qal ma’ Newsbook.com.mt li “f’Diviżjoni 6 hemm problema fis-sistema tad-drenaġġ minħabba xogħlijiet ħżiena li saru mill-amministrazzjoni preċedenti.”  Żied jgħid li bħalissa qed jiġu kkalkulati l-ispejjeż sabiex isir ristrutturar ġdid f’din id-diviżjoni.
Sostna li sabiex tiġi eliminata kull possibiltà ta’ ġrieden, tqabbdet kumpanija biex titfa’ pestiċidi tal-gass. Il-kelliem qal li dan l-eżerċizzju sar ukoll f’diviżjonijiet oħra fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.