Grey’s Anatomy jaqbeż it-350 puntata

Ritratt: Facebook/Grey's Anatiomy

Suċċess ieħor għas-sensiela Amerikana Grey’s Anatomy li issa daħlet fis-16-il staġun tagħha. Din is-sensiela, li ilha għaddejja minn Marzu 2005 u issa tniżżlet fl-istorja tat-televiżjoni bħala l-itwal serje televiżiva ambejntanta fil-qasam mediku.

Ritratt: Facebook/ Grey’s Anatomy

Din is-sensiela għadha popolari mmens u fil-fatt tikklassifika bħala t-tielet serje l-aktar popolari mill-programmi kollha fl-Istati Uniti.

Dan l-istaġun hu wieħed importanti għall-kast u krew ta’ din is-sensiela hekk kif ħadmu t-350 puntata li se tkun qed tixxandar dalwaqt.

Ritratt: Facebook/ Grey’s Anatomy

Il-moħħ wara din is-sensiela Shonda Rhimes ħasset il-ħtieġa biex tlaqqa’ lil dawk kollha nvoluti għal ċelebrazzjoni kbira, mhux biss talli ffilmjaw it-350 puntata iżda wkoll għall-fatt li fadlilna mhux ħażin naraw minn din is-sensiela minħabba li diġà ġew kuntrattjati episodji li se jibqgħu għaddejjin sa’ Mejju 2021.