
L-attivista Greta Thunberg esprimiet ir-rabja tagħa lejn il-mexxejja tad-dinja u kkundannathom talli ma’ ħadu ebda pass konkret biex jikkumbattu it-tibdil fil-klima.
Meta kienet qed tindirizza lil mexxejja dinija, Thunberg akkużat lill-ġenerazzjonijiet preċedenti, u li jinkludu dawk tal-mexxejja preżenti, li bl-azzjonijiet tagħhom għamlu l-iktar ħsara u ‘serquha mill-futur tagħha’.
“Dan kollu ħażin. Jien mhux posti hawn. Jien suppost qegħda l-iskola, fuq in-naħa l-oħra tal-Atlantiku u minn fuq tiġu titolbu it-tama lilna ż-żgħażagħ. Kif ma’ tistħux?”
Thunberg qalet dan fil-bidu tas-summit tal-Ġnus Magħquda dwar il-Klima.