Greenwood isalva punt għal Manchester United

Is-sostitwit ta’ Manchester United Mason Greenwood skurja l-gowl tad-draw fis-77 minuta. B’hekk ma ħalliex lil Everton jakkwistaw it-tieni rebħa tagħhom infila.

Everton dehru lesti u preparati li se jirbħu t-tieni logħba tagħhom taħt it-tmexxija ta’ Duncan Ferguson. Kien Victor Lindelof li dawwar il-corner ta’ Leighton Baines fil-lasta tiegħu stess. Kien xieraq li l-plejer ta’ 18-il sena, Greenwood, jidħol jagħti sehemu biex tal-inqas jipprova jsalva punt.

Greenwood ixxuttja l-ballun minn tarf il-kaxxa u sab il-lasta.

Għalkemm Everton ma rebħux, il-partitarji dehru kuntenti bit-tmexxija l-ġdida ta’ Ferguson u bdew ikantaw ismu. L-maniġer ħalla impatt pożittiv fuq it-tim mindu ħa post Marco Silva.

Riżultati oħra:

Wolverhampton Wanderers 1-2 Tottenham Hotspurs

Arsenal 0-3 Manchester City