GreenPak tirreġistra żieda rekord fil-ġbir tal-ħġieġ matul l-2014

Minn mindu kienet inawgurata l-iskema tal-ħġieġ fl-2012, GreenPak irnexxielha tiddevja 819 tunnellata ta’ ħġieġ milli jispiċċaw fil-miżbliet ta’ Malta u minflok dawn kienu esportati għar-riċiklaġġ.  
L-iskema ta’ ġbir ta’ ħġieġ bieb bieb issir kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, filwaqt li f’Għawdex dan is-servizz ikun imħaddem kull l-ewwel Ħamis tax-xahar. 
Iż-żieda sinifikanti rreġistrata minn GreenPak mhix b’kumbinazzjoni imma hi r-riżultat ta’ impenn kontinwu li tkompli tipprovdi servizz ta’ kwalità għolja lill-komunità. Dan isir billi r-residenti jkunu informati regolarment b’kampanji edukattivi u skemi li jippremjaw minn jieħu sehem b’mod attiv fir-riċiklar. Rappreżentanti ta’ GreenPak iżuru regolarment id-djar biex jispjegaw is-servizz ta’ ġbir ta’ ħġieġ.
L-Inġ. Mario Schembri, il-Kap Eżekuttiv ta’ GreenPak Coop Society, qal li “bħala l-ikbar skema tal-irkuparar ta’ skart f’Malta, GreenPak qegħda tkompli bl-impenn tagħha li tnissel kuxjenza fil-komunitajiet li sservi biex jirriċiklaw iktar ħġieġ, plastik, metall u karti permezz tal-firxa wiesa’ ta’ servizzi li noffru. Ewlenin fosthom hemm il-ġbir minn wara l-bieb tal-boroż tar-riċiklaġġ, il-bring-in sites, u ġbir ieħor ta’ material speċifiku bħalma hu l-ħġieġ.”
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .