GreenPak tikseb benefiċċji sostanzjali favur l-ambjent

Minbarra li żiedet in-numru ta’ Kunsilli Lokali li ttihom servizz, minn dsatax-il-kunsill fl-2009 għal 41 kunsill erba’ snin wara, GreenPak esperjenzat żieda sinifikanti fin-numru ta’ membri b’aktar minn 1,300 kumpannija membru li tikkontribwixxi finanzjarjament fil-ġbir tal-imballaġġ tal-iskart u riċiklaġġ.
Bejn l-2010 u l-2014, GreenPak iffrankat biżżejjed enerġija biex tħaddem 1,000 uffiċċju għal sena sħiħa. Kisbiet sinifikanti oħra jinkludu riċiklaġġ tal-plastik biżżejjed biex isiru 7.85 miljun ġakketta tal-fleece, riċiklaġġ ta’ kartun biżżejjed biex ikunu iffrankati 441,000 siġra, riċiklaġġ ta’ 14-il miljun flixkun tal-ħġieġ, riċiklaġġ ta’ metall biżżejjed biex tipproduċi 100,000 rota, u riċiklaġġ ta’ plastik biżżejjed biex isiru 1.57 miljun tapit. Dan minbarra li kienu ffrankati wkoll 400,000m3 ta’ spazju fil-miżbla tal-Għallis
Filwaqt li l-isforzi għar-riċiklaġġ ta’ GreenPak qed iħallu riżultati ferm aħjar, l-aħħar ċifri ppubblikati mill- Eurostat – jiġifieri l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE – juru li f’dan is-settur Malta għadha fost l-aħħar mill-membri tal-UE bi 44.7 fil-mija ta’ skart irkuprat jew riċiklat.
GreenPak hi skema approvata u awtorizzata mill-MEPA għall-ġbir tal-iskart tal-ippakkjar f’Malta. Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.