Jaqblu dwar isem għall-Maċedonja

Alexis Tsipras and Zoran Zaev

Read in English.

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Greċja u tal-Maċedonja ffirmaw qbil bejn iż-żewġ pajjiżi bħala part mill-proċess biex l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tibdel isimha għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq.
Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi dehru jgħannqu u jieħdu b’idejn xulxin quddiem l-uffiċjali preżenti mill-Unjoni Ewropea u minn Nazzjonijiet Uniti.
Dan sar fl-isfond ta’ diversi protesti u oppożizzjoni fiż-żewġ pajjiżi kontra t-tibdil fl-isem.
Qed jingħad li wara t-tibdil fl-isem, dal-pajjiż Balkan potenzjalment jingħaqad fl-Unjoni Ewropea u fin-NATO.
Minkejja l-qbil, il-qbil għandu bżonn l-approvazzjoni taż-żewġ parlamenti u r-referendum fil-Maċedonja. Dan iffisser li mhux żgur jekk hux se jiġi approvat hekk kif il-pubbliku Grieg qed jopponi fil-beraħ il-qbil filwaqt li l-President tal-Maċedonja ħalef li se jwaqqaf il-ftehim milli jgħaddi.
Is-Sibt li għadda il-Prim Ministru tal-Greċja, Tsipras, irnexxillu jgħeleb vot ta’ sfiduċja fil-konfront tiegħu.