Greċja: Syriza jaqblu li jiggvernaw mal-Indipendenti

Il-partit xellugi Syriza, li lbieraħ rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-Greċja fforma Gvern ta’ koalizzjoni kontra l-awsterità, mal-partit lemini indipendenti. 
Syriza rebaħ 149 siġġu parlamentari, żewġ siġġijiet biss inqas għall-maġġoranza assoluta.  B’hekk il-koalizzjoni se jkollha maġġoranza komda fil-Parlament Grieg.  
Waqt il-kampanja elettorali, Alexix Tsipras kien wiegħed li kien se jneħħi ħafna mill-miżuri ta’ awsterità li daħlu fis-seħħ wara għadd ta’ bailouts li bdew fl-2010. Diversi politiċi Ewropej wissew lil Tsipras biex jirrispetta r-regolamenti tal-bailout.