Greċja: Referendum iżid iċ-ċans li ma jibqgħux fiż-żona ewro

Il-parlament Grieg aċċetta li jsir ir-referendum biex il-Greċja toħroġ miż-żona ewro.
Il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras ressaq proposta li r-referendum isir fil-5 ta’ Lulju li ġej.
Din id-deċiżjoni ma niżlitx sew mal-kredituri internazzjonali hekk kif żdiedet il-probabbiltà li l-Greċja ma tibqax fiż-żona ewro.
Il-Griegi mistennija jivvutaw dwar jekk għandhomx jaċċettaw jew jirrifjutaw it-termini li offrew li kredituri biex jinħallu biljuni ta’ ewro fil-fondi ta’ bailout.
L-Ewropej ma ħadux gost bid-deċiżjoni tar-referendum, meta sal-bieraħ stess irrifjutaw it-talba ta’ Tsipras biex jestendi l-bailout.